Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA ŻŻUR L-ISTUDENTI TAL-MCAST

pr142456
Date Icon 23/10/2014

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret lill-istudenti tal-Mcast fejn ġiet milqugħa b’entużjażmu minn mijiet  ta’ studenti li aċċettaw bi ħġarhom li jiffurmaw parti minn Solidaritree, l-Istrina taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena.

Il-President ħeġġet liż-żgħażagħ biex permezz tal-għaqdiet tagħhom jingħaqdu f’ħuġġieġa ta’ entużjażmu għas-solidarjetà, għaliex l-Istrina se tkun festa ta’ solidarjetà.  Il-President qalet li l-aħbar il-ħażina hi li l-mard bħal dak tal-kanċer qiegħed jiżdied, iżda mbagħad hemm aħbar tajba li l-kura qed tiżdied ukoll, iżda li din tiswa l-flus u li għalhekk ilkoll irridu naqdfu flimkien biex dawn l-isfidi negħlbuhom flimkien.

Il-President fissret lill-istudenti li hija naturali li wieħed jgħaddi minn sfidi u battalji fil-ħajja, iżda jirrikjedi sforz u rieda qawwija biex turi solidarjetà fi żminijiet iebsa ta’ ħaddieħor.  Kien għalhekk li ħeġġet lill-istudenti biex jingħaqdu flimkien biex anki bit-turija ta’ solidarjetà, min ikun għaddej minn sfidi, jingħata dak il-kuraġġ li tant għandu bżonn.

Waqt iż-żjara fl-MCAST, il-President ġiet milqugħa mill-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST, Dr Silvio Debono, u mill-Prinċipal tal-Mcast, is-Sur Stephen Cachia.

Il-President żaret għadd ta’ studenti waqt sessjonijiet ta’ tagħlim fosthom fl-Istitut tax-Xjenzi Applikati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow