STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-MATSEC idetterjorat fl-aħħar tliet snin b’telf ta’ €402,500 minħabba li s-sistema ma baqgħetx waħda sosstenibbli. Din ma setgħetx tkompli u kellha tiġi indirizzata, speċjalment meta l-MATSEC qegħda tiffaċja żviluppi ġodda fis-sistema tagħha.
Wieħed irid jgħid ukoll li l-eżami vokazzjonali tas-SEC hija alternattiva għall-BTEC, li jiswew mal-€130, u issa studenti li daħlu għal dawn is-suġġetti se jkunu qed jiffrankaw somom kbar meta jiġu biex japplikaw, għax se jħallsu €21, traħħis ta’ €109. Dawn ir-rati huma ukoll orħos minn eżamijiet oħra tal-istess livell li jagħmlu studenti Maltin u Għawdxin.
L-ispejjeż ta’ ezami jinvolvi spejjeż relatati ma’ dawk li jissetjaw l-karti, li jkunu mal-istudenti waqt l-ezamijiet u li jikkoreġu l-karti tal-eżamijiet.
Minkejja dan, dawk il-persuni b’ċertu każijiet soċjali se jibqgħu jgawdu minn din l-għajnuna u mhux se jkun hemm xi piz finanzjarju fuqhom, anzi l-eżamijiet se jibqgħu b’xejn fejn qabel ma kienx jkun hemm ħlas, fuq raġuni soċjali.
F’oqsma differenti tal-edukazzjoni, il-Gvern dejjem daħħal miżuri biex jgħin lil dawk li l-iktar għandhom bżonn u jigarantixxi edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046