STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
Illum 23 ta’ Ottubru, għall-ħabta tat-tlieta neqsin sitt minuti (14h54), daħlet telefonata fil-Control Room tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġew infurmati li kien hemm nar f’kamra fit-tieni sular tas-Solana Hotel li tinsab fi Triq Borg Olivier il-Mellieħa.
Minnufih intbagħtu tliet vetturi mill-istazzjon tat-tifi tan-nar li jinsab fix-Xemxija, u meta l-membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post, ġie stabilit li diġà kienet saret l-evakwazzjoni tar-residenti u kulħadd kien barra mil-lukanda. Immedjatament, it-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili bdiet bl-operazzjoni tagħha tat-tifi tan-nar li dan ġie kkontrollat fi ftit minuti. Wara li tneħħa l-periklu kollu kif ukoll id-duħħan, ir-residenti ġew mitluba jidħlu lura fil-lukanda. F’dan l-inċident ħadd ma weġġa’ u huwa maħsub li n-nar aktarx li beda minn fuq l-iskrivanija fejn kien hemm television u kitla tal-elettriku.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046