Left arrow Go Back

JITKOMPLEW SEZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ LIL-IMPJEGATI FIL-QASAM TAL-ANZJANI

pr142450
Date Icon 23/10/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva kompla b’sezzjonijiet ta’ taħriġ għal-impjegati fil-qasam tal-anzjani. Waħda minn dawn is-sezzjonijiet ġiet organizzata f’Dar l-Ewropa il-Belt Valletta bit-tema Irġiel Anzjani u l-Anzjanità Attiva. Din is-sezzjoni ġiet organizzata speċifikament għall-ħaddiema tad-djar tal-anzjani, l-officers in charge taċ-ċentri ta’ matul il-jum, u il-ħaddiema tal-Active Ageing Unit  fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Il-Professur Barry Golding, mil-Fakultà tal-Edukazzjoni u Arti tal-Università tal-Awstralja kien il-kelliem ewlieni f’dan il-kors. 

F’din il-konferenza is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana qalet li skond ir-riċerka jirriżulta li f’Malta, l-anzjani rġiel għandhom inqas diffikultajiet mill-Anzjani nisa fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum iżda minkejja dan l-anzjani rġiel jippartecipaw inqas u huma inqas vizibbli fis-soċjeta’ li huwa attribwibbli wkoll għall-fatt li ikta għandna anzjani nisa mill-rgiel u din narawh fil-popolazzjoni tad-djar tal-anzjani, kif ukoll fiċ-ċentri għall-matul il-jum. Is-Segretarju Parlamentari saħqet fuq l-importanza tal-Anzjanità Attiva, kemm għan-nisa u kif ukoll ghall-irġiel u qalet kif il-Gvern qiegħed jaħdem biex isaħħaħ diversi strutturi u servizzi mogħtija lil-Anjani fil-komunità sabiex jiġi attwat dan il-kunċett dan il-kunċett. Fosthom semmiet il-kunċett tal-Lifelong Learning Hubs fiċ-ċentri ta’ Matul il-Jum, u is-sejħa għall-kollaborazjoni mal-kunsilli li is-Segretarjat Parlamentari ħabbar nhar is-Sibt li għadda. Dr Justyne Caruana esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għas-suġġerimenti ġew imressqa mill-ħaddiema stess u liema suġġerimenti ser tibda l-ħidma fuqhom minnufiħ. 

Waqt l-International Conference on Network Education and Learning of Older Adults li qed tlaqqa’ delegati mid-dinja kollha, is-Segretarju Parlamentari Dr Justyne Caruana rrilevat l-importanza ta’ din l-istess konferenza li titratta temi  relatati mal-Innovazzjoni tat-tagħlim tal-anzjani: teorija, riċerka u politika. Is-Segretarju Parlamentari saħqet fuq l-importanza tat-tagħlim tal-Anzjani f’Malta li huma riżors uman importantissimu ta’ pajjizna. Semmiet il-finanzjament li qiegħed jagħti il-Gvern biex jassisti l-Università tat-tielet età fil-Kottonera, opportunitajiet ta’ tagħlim fiċ-ċentri għal matul il-jum u l-ħidma għaddejja biex tiġi mplimentata il-Politika Strateġika Nazzjonali għal-Anzjanità Attiva. Din il-konferenza qed issir taħt l-awspiċji tal-Università ta’ Malta u s-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lit-tmexxija tat-taqsima tal-Gerentologija fil-Fakulta’ tal-Inklużjoni Soċjali fl-Università ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow