RIŻORS UMAN B’SAĦĦTU JWASSAL GĦAL SUĊĊESS FIN-NEGOZJU
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona attenda għal attività organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ min Iħaddem (MEA) bit-tema ‘The Relevance of Human Resources Management for SMEs’.
Għal din l-attività li tagħmel parti mill-SME Week Malta 2014, l-MEA stiednet lil dawk l-employers u sidien ta’ negozji żgħar li xtaqu jkunu jafu x’importanza għandu dan l-aspett fit-tmexxija tan-negozju.
Il-Ministru Cardona qal li r-rizorsi umani Maltin isaħħu l-kompettitività ta’ pajjiżna. Dan grazzi għal sistema edukattiva moderna li qed tkun kapaċi tadatta għal eżiġenzi tal-Industrija.
Madankollu, il-Gvern konxju li fadal ħafna xi jsir u kien għalhekk li fl-aħħar sena kien hemm koperazzjoni bla preċedent bejn il-Malta Enterprise u l-MCAST. Din il-koperazzjoni mhux biss se twassal għal taħriġ ta’ livell ogħla imma anki għal inċentivi li jwasslu lill-istudenti jaqbdu t-triq tal-imprenditorija.
Il-Ministru Cardona semma bħala eżempju l-ftehim li wassal biex parti mill-Kordin Business Incubation Centre jibda jintuża mill-istudenti tal-MCAST, l-iskema ‘Get Qualified’ u diversi inkubaturi oħra li nfetħu fosthom fl-Università ta’ Malta u mill-MITA fi Smart City.
Dr Chris Cardona appella lil dawk prezenti biex ikomplu jinvestu fir-riżorsi umani tagħhom permezz ta’ taħriġ u motivazzjoni. Dan għaliex riżorsi umani b’saħħithom iwasslu għas-suċċess tan-negozju.
Il-Ministru Cardona rringrazzja lill-MEA għall-kontribut li qed tagħti fl-SME Week, fejn mhux biss organizzat dan l-avveniment imma anki attività oħra mill-aktar interessanti bit-tema ‘SME Business Clinic’.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046