Left arrow Mur Lura

IRRIDU NKUNU FOST L-EWWEL EKONOMIJI LI JIPPARTEĊIPAW FIR-RIKOSTRUZZJONI TAL-LIBJA – IL-MINISTRU CARDONA

pr142439
Date Icon 22/10/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona illum kellu laqgħa mal-Ministru tal-Ekonomija u l-Investiment tal-Libja, Manbar Asr.

Il-Ministru Cardona qal li d-djalogu huwa l-aqwa għodda għar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni fil-Libja, imma għamilha ċara li għandu jkun il-gvern Libjan li jieħu d-deċiżjonijiet strateġiċi meħtieġa għall-ġid ta' pajjiżu.

Dr. Cardona enfasizza li Malta għandha kull interess li tara li jkun hemm tranżizzjoni ta' paċi fil-Libja. Fl-istess waqt semma r-rabtit ekonomiċi b’saħħithom li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru Cardona rrefera għal ammont sostanzjal tan-negozjanti u intraprendituri Maltin li għandhom investimenti l-Libja u semma l-ħidma tal-Gvern Malti biex jonqos il-piż li qed jiffaċċaw dawn in-negozji Maltin.

Huwa esprima x-xewqa li l-Gvern Malti jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi u ekonomiji li jipparteċipaw fir-rikostruzzjoni tal-Libja. Dan filwaqt li enfasizza fuq il-fatt li bħala Gvern jixtieq jassigura li n-negozji Maltin jkunu minn ta’ l-ewwel li jerġu jibdew jaħdmu l-Libja, appell li kien milqugħ mill-Ministru Libjan Manbar Asr.

Filfatt iż-żewġ partijiet ftehmu li jibdew isiru l-preparamenti neċessarji biex il-Ministru Cardona jmexxi delegazzjoni ta’ intraprendituri Maltin fil-Libja bil-għan li jiddiskutu u jesploraw diversi opportunitajiet ta’ negozju li se jiżvillupaw f’dan il-pajjiż. 

Il-Ministru Libjan Manbar Asr fisser lil Malta bħala sieħeb strateġiku għal-Libja.

Huwa saħaq li l-pajjiż huwa fil-fażi ta’ rikostruzzjoni u Malta tista’ tkun sieħeb ewlieni għaliex il-Libja dejjem għarfet l-expertise li kapaċi joffru l-Maltin f’diversi oqsma.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow