Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS IŻUR IL-PARADE DE CHEF

pr142430
Date Icon 22/10/2014
‘Ser nagħmlu minn Malta destinazzjoni ta’ eċċcellenza gastronomika’
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis żar lill-Malta National Team of Chefs f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan waqt l-aħħar tħejjijiet tagħhom qabel ma dawn jipparteċipaw fil-Cullinary World Cup fil-Lussemburgu f’Novembru li ġej. Dan l-istess team filfatt fl-2012 ipparteċipa fil-Culinary Olimpics fil-Ġermanja u kiseb il-medalja tal-bronż.
Fl-indirizz tiegħu il-Ministru Zammit Lewis faħħar il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-koki Maltin f’kompetizzjonijiet internazzjonali, mhux biss għax il-gżejjer tagħna jiġu promossi bħala hubkulinarju fil-qalba tal-Mediterran imma għax dawn il-koki jkomplu jtejbu u jsaħħu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom.
Il-Ministru Zammit Lewis kompla li din hija vetrina għal Malta biex tesponi kemm it-talent u l-prodott lokali fuq skala internazzjonali, filfatt diversi dilettanti gastronomiċi internazzjonali jinġabru għal din il-kompettizzjoni biex jitgħallmu aktar fuq l-ikel u tekniċi ġodda.
Il-viżjoni tal-Malta Chefs Society li hi f'sinerġija mal-ħidma politika tal-Gvern, hija li ngħollu l-istandards u l-kwalità tal-prodott Malti, biex pajjiżna jkun tassew destinazzjoni ta’ eċċelenza fil-mappa gastronomika. Il-kunċett ta’ kwalità saħaq il-Ministru Zammit Lewis huwa fattur importanti ħafna fl-iżvilupp tal-prodott turistiku tagħna, li hu meħtieg biex intejbu l-kompetittività ta’ Malta, kif ukoll biex jiżdied id-dħul min dan is-settur.
Zammit Lewis sostna li l-Ministeru ghat-Turiżmu għadu kif applika għal proġett taħt il-European Destination of Excellence (EDEN) li għandu l-skop illi jippromwovi destinazzjonijiet sostenibbli.  Diġà kellna diversi proġetti taħt dawn il-fondi fejn ġew ippremjati destinazzjonijiet f'Malta u Għawdex illi jaċċellaw fil-kriterju illi jkun qed jiġi promoss fuq livell Ewropew.  It-tema tal-proġett din id-darba hija l-gastronomija, u jekk ningħataw l-fondi ser nibdew naħdmu fuq il-proġett minn nofs s-sena d-dieħa.
Dan il-proġett ġie sottomess bl-isem ‘Malta: A taste of the Mediterranean’ sabiex destinazzjonijiet f’Malta jigu premjati dwar l-gasatronomija lokali li joffri. B'hekk qed inkomplu naraw liema niċeċ huma ta' importanza partikolari għal raħal jew belt Maltija u permezz tal-inizjattivi li jkunu mtella'. Din id-destinazzjoni tkun ippremjata, b’hekk r-raħal jew belt tiġi promossa anke fuq livell Ewropej fejn ikun hemm attivitajiet fejn ir-rebbieħa ta' kull nazzjonalità jiltaqgħu u jaqsmu ideat ta' kif jistgħu itejbu n-niċċa in kwistjoni kif ukoll jinħolqu sinerġiji sabiex ssir aktar kollaborazzjoni bejn d-destinazzjoni Ewropej.
Waqt din iż-żjara il-Ministru Zammit Lewis temm jgħid li huwa ta unur li l-Gvern jappoġġja dawn l-inizjattivi. Il-Ministru Zammit Lewis temm billi awgura suċċess lill-kontinġent Malti, li se jirrapreżentana lil pajjiżna f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża fil-Lussemburgu biex iġibu l-aħjar riżultati lejn Malta. 
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow