STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr142428
22/10/2014
B’referenza għal rapport li deher dwar l-abbozz tal-budget ta’ Malta mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern Malti jixtieq jiddikjara li m’għandu l-ebda indikazzjoni f’dan is-sens.
Tajjeb li wieħed jiċċara li sa llum, l-Erbgħa, l-Kummissjoni Ewropea titlob kjarifiċi lill-Gvernijiet dwar l-abbozzi tal-budgets tagħhom. Deċiżjoni tittieħed fl-aħħar tax-xahar.
Din hija t-tieni sena li proċedura simili ġiet introdotta fl-Unjoni Ewropea, u fil-każ ta’ Malta, l-issue prinċipali hija meta jitħabbru miżuri relatati mal-budget u kif l-iskeda Maltija tkun tista taqbel ma’ dik Ewropea.
Il-Gvern huwa kunfidenti li l-proċess se jiġi konkluż b’mod pożittiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046