WASAL F’MALTA L-KAP TAL-MISSJONI SPEĊJALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI FIL-LIBJA
pr142427
21/10/2014
Malta qed tkun il-pajjiż li jilqa’ fih diskussjoni dwar il-prospetti futuri tal-Libja.
Aparti l-Prim Ministru Libjan Abdullah al-Thinni, u numru ta’ ministri Libjani li jinsabu f’pajjiżna bħalissa, f’Malta wasal illejla l-kap tal-missjoni speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja Bernardino Leon biex jingħaqad fid-diskussjonijiet li qed isiru dwar l-istabbilità
u l-paċi f’dan ir-reġjun.
Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li, waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja wara laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru Libjan al-Thinni, ħabbar li Bernardino Leon se jkun qed jipparteċipa f’dan id-djalogu li qed isir f’pajjiżna dwar il-futur tal-Libja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046