Left arrow Mur Lura

TILQIM BLA ĦLAS KONTRA L-INFLUWENZA STAĠJONALI 2014

pr142426mt
Date Icon 21/10/2014
It-tilqim kontra l-influwenza staġjonali ser isir miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u s-Sibt 22 ta’ Novembru. Il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali u numru ta’ tobba tal-familja ukoll qed jipparteċipaw f’din il-kampanja ta’ tilqim. Jistgħu jieħdu t-tilqima b’xejn dawn li ġejjin:
• Kull min għandu 55 sena jew iżjed
• Tfal ta’ bejn is-sitt xhur u 59 xahar
• Persuni ta’ kull eta’ li jbatu b’mard kroniku tal-qalb, tal-pulmun, tal-fwied, tal-kliewi, dijabete u problemi fis-sistema mmunitarja li tinkludi l-HIV u l-AIDS.
F’dawn il-każijiet ta’ persuni taħt il-55 sena, irid jintwera xhieda ta’ dan il-mard permezz ta’ ċertificat mediku riċenti jew il-kartuna s-safra.
Dawk in-nies li għandhom 55 sena ‘l fuq u li diġa nkitbu mal-Kunsill Lokali tagħhom jew mat-tabib tagħhom, għandhom jistennew l-avviż mill-istess kunsill jew tabib u ma jmorrux fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
Persuni li qed jieħdu ħsieb qraba li ma jisgħux joħorġu mid-dar għandhom iċemplu l-uffiċċju tal-MMDNA fuq in-numru 21387526 mit-Tnejn sas-Sibt bejn 11:00 u 12:30pm u bejn 14:00 u 15:30 biex isiru arranġamenti li t-tilqim isir id-dar min-nurses tal-MMDNA.
It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa ser isir mit-Tnejn sas-Sibt bejn l-għaxra u nofsinhar. Ser ikun hemm tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, il-Furjana u Raħal Ġdid bejn is-siegħa u s-sebgħa ta’ fil-għaxija mit-Tnejn sas-Sibt.
Trid tintwera l-karta tal-identita’ u fil-każ ta’ tfal irid jintwera l-ktieb/rekord tat-tilqim.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow