Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TNIEDI L-ĦDAX–IL EDIZZJONI TAL-KAMPANJA L-ISTRINA BOV PIGGY BANK

pr142424
Date Icon 21/10/2014

Tnediet il-ħdax-il edizzjoni tal-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca fil-Palazz Verdala.

Dan huwa l-ewwel stadju fil-kampanja li tilħaq il-qofol tagħha fis-26 ta’ Diċembru meta s-somma miġbura tiġi ppreżentata waqt xandira diretta mir-rappreżentanti tal-BOV.  Matul din il-kampanja jitqassam karus f’kull klassi ta’ kull skola Primarja u Sekondarja f’Malta u Għawdex. 

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca indirizzat lill-Prinċipali u lill-Kapijiet tal-iskejjel filwaqt li ħeġġithom sabiex jipparteċipaw b’mod attiv f’din il-Kampanja. Hija qalet li l-iskejjel iridu jkunu l-benniena li jxettlu l-valur tas-solidarjetà, valur tas-soċjetà fit-tfal u fiż-żgħażagħ għax is-soċjetà trid tkun magħquda b’mod effettiv hekk kif il-membri tas-soċjetà jridu jkunu ta’ appoġġ għal xulxin. Il-President spjegat li l-iskejjel iridu jkomplu jrawmu fit-tfal l-bżonn li lkoll nuru solidarjetà ma’ xulxin hekk kif illum ir-rata ta’ mard tal-kanċer żdied u għalhekk il-bżonn li nkunu ta’ appoġġ għal xulxin huwa importanti ħafna. 

Ix-xogħol fuq il-kampanja jkun ilu li beda minn xhur qabel, meta numru ta’ volontiera mill-Malta Girl Guides jingħaqdu flimkien sabiex inaddfu l-karusijiet, iqassmuhom skont in-numru ta’ skejjel u jippreparawhom f’kaxxi sabiex jitqassmu.  It-tqassim tal-karusijiet jinvolvi l-għajnuna ta’ numru ta’ volontiera, li flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta jżuru l-iskejjel kollha sabiex iqassmuhom u wara jerġgħu jiġbruhom bid-donazzjonijiet.

Din ser tkun l-ewwel darba matul din il-Presidenza li s-Sur Edgar Preca ser ikun qed idur numru ta’ skejjel bħala parti mill-Kampanja tal-BOV Piggy Bank għall-Istrina.  Dawn l-okkażjonijiet iservu wkoll sabiex l-istudenti jiltaqgħu mal-Presidenza filwaqt li jkunu jistgħu jitkellmu dwar il-Kampanja u l-involviment tagħhom fiha.

Il-Kap Eżekuttiv Charles Borg wera ruħu sodisfatt bil-mod kif il-Kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank kibret matul is-snin, “Minn meta ġiet introdotta għall-ewwel darba fl-2004, il-Kampanja kompliet dejjem tikber.  Aħna ninsabu kuntenti mhux biss bl-ammont ta’ donazzjonijiet li nġarbu matul din il-Kampanja, iżda wkoll minħabba l-fatt li din l-inizjattiva tagħti lok għal sens ta’ altruwiżmu fost it-tfal sa minn età żgħira, filwaqt li tgħallimhom japprezzaw l-importanza tas-solidarjetà fi ħdan soċjetà multi-kulturali.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow