Left arrow Mur Lura

TITLAQQA’ L-KONFERENZA ANNWALI DWAR L-ARTIĠJANAT MALTI

pr142423
Date Icon 21/10/2014
Illum komplew l-attivitajiet reltatati mal-SME WEEK Malta 2014, bil-ħames konferenza annwali dwar l-Artiġjanat Malti li attenda għaliha l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona.
Il-Ministru Cardona qal li dan l-avvenimet annwali jservi biex tiżvolġi diskussjoni dwar kif is-settur tal-artiġjanat Malti jista’ jkompli miexi ’l quddiem.
“Il-Konferenza ta’ dalgħodu qed ittina  l-opportunità biex flimkien:  il-Gvern, l-Amministrazzjoni u b’mod partikolari intom l-artiġjani naraw l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu f’dan is-settur  u nidentifikaw linji oħra ta’ azzjoni neċessarji  li jistgħu jkunu ta’ sostenn għal dan is-settur li huwa wirt ħaj tal-kultura u l-abilitajiet tagħna l-Maltin” saħaq il-Ministru Cardona. 
Fuq l-aġenda tal-konferenza kien hemm il-laqgħat ta’ konsultazzjoni li d-dipartiment tal-Kummerċ għamel mal-artiġjana, il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali fuq il-prodotti artiġjanali, il-proġetti tal-Majjistral Action Group u preżentazzjoni tal-istrateġija dwar l-eCommerce għas-settur tal-Artiġjanat li qiegħda tiġi mfassla mill-Malta Communications Authority.
Saru wkoll preżentazzjoni minn rappreżentanti mill-Ministeri tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, tal-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u anke ta’ Għawdex.
Il-Ministru Cardona qal li dawn il-Ministeri huma kollha rappreżentati fil-Kunsill Malti għall-Artiġjanat li din is-sena reġa’ beda jiltaqa’ b’mod regolari wara li kien ilu wieqaf għal numru ta’ snin u qiegħed jaħdem biex ikun hemm iktar sinerġiji bejn il-Ministeri involuti.
Dr. Chris Cardona rrefera għad-diversi inizjattivi li hemm fis-settur, fosthom il-ħames edizzjoni tal-“Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti” mnedija mill-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, bi premjijiet li jlaħħqu mas-€60,000.
Il-Ministru spjega li apparti l-premjijiet u trofej attraenti li din l-inizjattiva toffri, d-Dipartiment tal-Kummerċ se jtella’ għal darboħra esibizzjoni tal-prodotti kollha li se jkunu jikkompetu fil-“Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2014”.
Il-Ministru Cardona temm jgħid li l-Gvern huwa kommess ikompli jsaħħaħ is-settur tal-artiġjanat f’pajjiżna, li għandu importanza soċjali kulturali kif ukoll ekonomika għal pajjiż
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow