Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTRU EVARIST BARTOLO

pr142422
Date Icon 21/10/2014
Dr Lawrence Gonzi qed jilgħab bid-diskors, jew ma jafx il-fatti kollha, meta jiċħad dak li għedt jien ilbieraħ fil-Parlament dwar sforz biex tinħeba l-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. 

Fis-sena 2011 xi ħadd bagħat dokumenti b’tagħrif dwar korruzzjoni lil Dr Gonzi. Wassalhom membru fis-Servizz tas-Sigurtà li kien xogħol ma’ Dr Gonzi. 

Dr Gonzi ma riedx imisshom b’idejh u qallu biex joħodhom għall-investigazzjoni. 

Id-dokumenti waslu għand is-Servizz tas-Sigurtà. Iżda, flok ġew investigati, sar kuntatt bejn is-Servizz tas-Sigurtà u Segretarjat ta’ Ministru, u parti minn dawk id-dokumenti ġew meqruda.
Dan il-każ kien diġà ssemma diversi drabi fil-kampanja elettorali tal-2013. Għall-mistoqsijiet dwaru, Dr Gonzi dejjem wieġeb li kull meta kien jasallu xi tagħrif kien jibagħtu għall-investigazzjoni.
Hekk għamel din id-darba wkoll. Iżda jaf x’ġara wara li dawk id-dokumenti ntbagħtu għall-investigazzjoni? Jaf li parti minnhom ġew meqruda? Jekk kien jaf, x’għamel dwar dan? Jekk ma jafx, kif jista’ jiċħad dawn il-fatti?
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow