Left arrow Mur Lura

LEJLA B’ĠIEĦ IL-POETA NAZZJONALI DUN KARM FIL-PALAZZ TA’ SANT’ANTON

pr142421mt
Date Icon 21/10/2014

Il-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Akkademja tal-Malti huma l-mistiedna tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca,  biex ifakkru lill-Poeta Nazzjonali Dun Karm fix-xahar li twieled nhar it-18 ta’ Ottubru tal-1871 u meta miet fit-13 tal-istess xahar tal-1961, ftit jiem qabel għalaq id-disgħin sena.

L-Akkademja Mużiko-Letterarja li ser issir nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ottubru fil-Palazz ta’  Sant’ Anton, fis-7 ta’ filgħaxija tieħu bħala sfond il-vers tal-Innu Nazzjonali “Seddaq il-Għaqda fil-Maltin”  u tkompli b’poeżiji oħra ta’ Dun Karm miktuba bl-akbar għożża dwar l-imħabba lejn pajjiżna u l-ambjent madwarna li jixraqlu aktar għarfien.  Il-Chorus Urbanus  taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Galea li ġej minn Għawdex, imbagħad jislet għanjiet u innijiet tal-Poeta li tgħallimnihom minn fuq il-bankijiet tal-iskola.

Id-diskors ewlieni ser jagħmlu l-poeta u awtur Achille Mizzi li jitkellem dwar il-Poeżija Maltija wara Dun Karm filwaqt li l-Prof. Oliver Friggieri ser jieħu l-versi tal-Innu Malti u xi jfissru għalina llum. 

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tagħmel id-diskors tal-għeluq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow