Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr142420
Date Icon 20/10/2014

Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa qiegħed jippublika l-ittra li għamel referenza għaliha l-Ministru Konrad Mizzi llejla fil-Parlament b’rabta ma’ kuntratt li ingħata mill-amministrazzjoni preċedenti b’feed-in tariff għolja, b’valur totali ta’ €35 miljun li jorbot lill-pajjiżna għal 25 sena.

Il-kuntratt ta’ €35 miljun huwa dwar l-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi fuq bini pubbliku u li fuqu kellha tiħallas feed-in tariff ta’ €0.23 meta l-feed-in tariff kellha tkun ta’ €0.16.

L-ittra li qed tiġi ppublikata hija maħruġa mill-Bank Bancaja fejn qed tinnotifika li l-kumpanija SOLARIG u s-sussidjarji tagħha għandhom likwidità biżżejjed biex tkun tista’ tidħol għal kuntratt dwar il-panelli fotovoltajiċi. Din l-ittra iżda ma tinkludix firma u l-Bank ma jistax jikkonferma li din l-ittra qatt ma setgħet inħarġet mingħajr firma minn dan il-bank.


Dokument anness huwa ittra mhux iffirmata maħruġa mill-Bank Bancaja.

pr142420a.pdfpr142420a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow