Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA ĊENTRU TEKNIKU ĠDID TA’ DEMAJO GROUP OF COMPANIES

pr142413
Date Icon 20/10/2014

Investiment privat ta’ aktar minn €1 miljun kien inawgurat dalgħodu mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Iċ-ċentru tekniku ġdid ta’ Demajo Group of Companies jinkorpora fih tliet kumpaniji li jispeċjalizzaw fit-teknoloġija tal-informatika billi joffru servizzi lil kumpaniji lokali u barranin u jiżviluppaw software ġdid. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “investiment bħal dan huwa l-qofol tal-iżvilupp u t-tibdil taċ-ċentri tan-negozju Maltin.  Iċ-ċentri mgħadhomx joffru biss servizz lokali iżda wieħed internazzjonali li mhuwiex iffukat fuq pajjiż wieħed”.

Il-Prim Ministru qal li x-xhur li ġejjin se jkunu fost l-akar eċċitanti fl-istorja ekonomika ta’ Malta billi l-Gvern se jagħti spazju kbir lis-settur privat sabiex ikun jista’ joktor f’sensiela ta’ proġetti bi sħubija mal-gvern li mistennija jitħabbru fiż-żmien li ġej u b’diversi modi oħra. “Irridu ngħatu spazju dejjem ikbar lis-settur privat biex ikompli jimraħ” qal il-Prim Ministru meta tkellem fuq x’se jkun xogħol il-gvern fiż-żmien li ġej, “ jirregola, jgħin u jipprovdi l-infrastruttura, imma l-aġent prinċipali tat-tkattir jibqa’ is-settur privat innifsu”. 

Demajo Group of Companies hija eżempju ta’ kif kumpanija tista’ tiddiversifika u tkabbar in-negozju tagħha, billi oriġinarjament il-kumpanija kienet bdiet timporta l-prodotti lejn Malta u llum għandha diversi fergħat f’ħafna mill-oqsma tal-ekonomija Maltija għaliex kienet kapaċi timxi maż-żminijiet u taddatta għaċ-ċirkostanti fi żminijiet differenti u llum qed tbiegħ is-servizzi tagħha barra minn Malta.

Iċ-Chairman ta’ Demajo Group of Companies Anthony Miceli Demajo tkellem fuq il-viżjoni li dejjem kellha l-kumpanija u qal “Qed iħarsu ‘l quddiem b’ottimizmu” meta tkellem fuq il-ħsibiijet li l-kumpanija għandha biex tkompli tespandi.

Iċ-ċentru il-ġdid inawgurat dalgħodu mill-Prim Ministru jospita tliet kumpaniji, Exigy, Computer Solutions u New Tech li bejniethom jimpjegaw mal-100 persuna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow