Left arrow Go Back

IL-GVERN B’SENSIELA TA’ INIZJATTIVI BIEX IKATTAR L-INTRAPRENDITORIJA FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ – IL-MINISTRU CARDONA

pr142409
Date Icon 20/10/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar illum beda bl-impenji tiegħu marbuta mal-SME Week Malta 2014, bi żjara fl-MCAST fejn indirizza l-Youth Entrepreneurship Conference.

Dan l-avveniment li jagħmel parti mill-SME Week Malta 2014 sar bil-għan li jinkoraġġixxi aktar studenti u żgħażagħ jieħdu t-triq tal-imprenditorija u jibdew ukoll karriera f’dan il-qasam.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Cardona reġa’ tenna l-messaġġ, li kien wassal fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, li s-suċċess tal-MCAST u tal-istudenti huwa kruċjali għat-twettieq tal-pjan ekonomiku tal-Gvern.

Dr. Cardona qal li dan is-suċċess mhuwiex biss ikkalkulat bl-ammont ta’ studenti li qed joħorġu preparati biex jieħdu l-opportunitajiet li dan il-pajjiż qed joħloq, imma wkoll bil-livell ta’ imprenditorija fost iż-żgħażagħ.

“L-edukazzjoni għandha tkun pilastru ewlieni li tmexxi ’l quddiem l-intraprenditorija billi tgħallem, teduka u trawwem dawk il-ħiliet neċessarji biex wieħed imexxi negozju. L-intraprenditorija għandha importanza strateġika fit-tkattir tal-ekonomija” saħaq il-Ministru Cardona.

Dr. Cardona semma d-diversi inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fosthom il-ftehim bejn l-MCAST u l-Malta Enterprise biex ikun assigurat li dawk l-istudenti li għandhom ideat tajbin, imma ma għandhomx lejn minn iduru  biex l-idea tagħhom tkun kummerċjalizzata, isibu l-għajnuna meħtiega

“Qegħdin ninvestu aktar fil-Kordin Business Incubation Centre f’Kordin u bil-għan li nħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu fid-dinja tal-intrapriża nidejna programm ta’ kollaborazzjoni bejn Malta Enterprise, li tamministra l-KBIC, u l-MCAST biex uħud mill-units jingħataw għad-dispożizzjoni tal-istudenti tal-MCAST biex ikunu nkoraġġati li jiftħu l-impriża tagħhom” qal il-Ministru Cardona.

Semma wkoll it-Takeoff fl-Università u l-MITA Innovation Hub bħala żewġ inizjattivi oħra li jgħinu ż-żgħażagħ iħarsu lejn l-intraprenditorija bħala karriera.

Il-Ministru Cardona rrefera wkoll għal Get Qualified Scheme, skema li tinċentiva aktar żgħażagħ ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom, u jtejbu anke l-kwalità tar-riżors uman. Dan billi dawk l-istudenti li jkunu komplew bl-istudji tagħhom u jibbenefikaw mill-iskema jieħdu krediti ta’ taxxa skont l-ispiża tal-istudji tagħhom.

Dr. Chris Cardona temm l-intervent tiegħu billi awgura liż-żgħażagħ preżenti kull suċċess, kemm fl-istudji tagħhom kif ukoll fl-aspirazzjonijiet li għandhom għal ġejjieni. Dan filwaqt li rringrazzja l-MCAST għal din l-inizjattiva u l-parteċipanti kollha fil-konferenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow