IL-GVERN ISELLEM IL-MEMORJA TAL-MAĠISTRAT DR JOSEPH APAP BOLOGNA
Il-Ħadd filgħaxija tħabbret il-mewt tal-Maġistrat Dr Joseph Apap Bologna, fl-eta’ ta’ 66 sena.
Il-Maġistrat Joseph Apap Bologna kellu karriera twila dedikata għall-eżerċizzju tal-professjoni legali kif ukoll għas-servizz pubbliku fil-maġistratura fejn serva għal madwar 20 sena.
Dr Apap Bologna jibqa’ mfakkar bħala persuna ġusta,onesta, u intiża ħafna fil-liġi li dejjem applika b'umanita u b'sens ta fiduċja fil-maħfra u fir-rijabilitazzjoni mingħajr ma qatt imminimizza l-valuri tal-ordni pubbliku u tal-protezzjoni tal-vittma.
Riċentement huwa nħatar bħala parti mil-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni flimkien ma' l-Imħallef Emeritus Lawrence Quintano u l-avukat Yana Micallef Stafrace għal mandat ta’ ħames snin.
Huwa wkoll kien maħtur bħala Chairperson tat-Tribunal ta' Revizjoni dwar is-Saħħa Mentali.
Dr Joseph Apap Bologna, miżżewweġ lill-Maria Helena Stilon, kellhom żewġt itfal, Louisa, u Paul. Il-Gvern jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046