Left arrow Mur Lura

PREMJU ANZJANITA' ATTIVA 2014 - SERATA FINALI

pr142406
Date Icon 19/10/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Dizabilita' u Anzjanita' Attiva ilbieraħ tella' is-serata finali għall-Premju Anzjanita' Attiva 2014 ġewwa Palazzo Palina, Ta Ċenċ Għawdex.

Dan l-avveniment sar taħt il-Patronċinju tal-Eċċelenza Tagħha, il-President Marie Louise Coleiro Preca li attendiet għal din l-attivita' u ppreżentat il-premju lir-rebbieħa.

Kien hemm diversi nomini għal dan il-Premju Anzjanità Attiva 2014, qabel magħruf bħala Premju Anzjan tas-Sena, u il-finalisti kienu tnax.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li din is-sena il-premju ingħata bixra ġdida fil-kuntest tal-Politika Strateġika Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva, u permezz ta' dan l-avveniment is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed mhux biss jippromwovi dan il kunċett imma wkoll hija turija ta’ rispett u apprezzament lejn l- anzjani tagħna li tant taw lill-familji tagħna u lill-pajjiżna u li tant għandhom potenzjal biex jikkontribwixxu. Hija rringrazzjat lil kull min ipparteċipa f'dan il-avveniment u appellat biex iżjed anzjani jibqgħu attivi fis-soċjeta'. Irringrazzjat lill-bord tal għażla mmexxi mill-Profs Carmel Borg u waslet l awguri għan-nom tal- Membru Parlamentari Mario Galea li minħabba ċirkostanzi imprevisti ma setax jattendi għas-serata.

L-Eċċelenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-Premju Anzjanita’ Attiva huwa premju li qed jirrikonoxxi mhux biss id-dritt li l-anzjan għandu valur soċjo-ekonomiku għal pajjiżna, imma qed jagħraf li l-anzjan għandu d-dritt li jgħix il-ħajja.  Il-President ta’ Malta qalet ukoll li llum ħafna anzjani minkejja li mhumiex fil-ħajja produttiva diretta, qed jagħtu kontribut qawwi lill-ekonomija, meta dawn jappoġġjaw lit-tfal ta’ uliedhom biex ikunu jistgħu joħorġu fid-dinja tax-xogħol.  Qalet li b’dan il-mod mhux biss l-anzjani qed jagħtu kontribut siewi lill-ekonomija tal-pajjiż iżda wkoll qed isaħħu l-valuri tas-soċjeta’.

L-Eċċellenza tagħha ppreżentat dan il-premju lir-rebbieħa, is-Sinjura Marija Azzopardi, wara li ġiet imħabbra uffiċċjalment mil-Profs. Carmel Borg, ċermen tal-bord tal-għazla.

Għal din l-attivita' attenda ukoll il-Ministru għal-Għawdex Anton Refalo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow