PREMJU ANZJANITA' ATTIVA 2014 - SERATA FINALI
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Dizabilita' u Anzjanita' Attiva ilbieraħ tella' is-serata finali għall-Premju Anzjanita' Attiva 2014 ġewwa Palazzo Palina, Ta Ċenċ Għawdex.
Dan l-avveniment sar taħt il-Patronċinju tal-Eċċelenza Tagħha, il-President Marie Louise Coleiro Preca li attendiet għal din l-attivita' u ppreżentat il-premju lir-rebbieħa.
Kien hemm diversi nomini għal dan il-Premju Anzjanità Attiva 2014, qabel magħruf bħala Premju Anzjan tas-Sena, u il-finalisti kienu tnax.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li din is-sena il-premju ingħata bixra ġdida fil-kuntest tal-Politika Strateġika Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva, u permezz ta' dan l-avveniment is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed mhux biss jippromwovi dan il kunċett imma wkoll hija turija ta’ rispett u apprezzament lejn l- anzjani tagħna li tant taw lill-familji tagħna u lill-pajjiżna u li tant għandhom potenzjal biex jikkontribwixxu. Hija rringrazzjat lil kull min ipparteċipa f'dan il-avveniment u appellat biex iżjed anzjani jibqgħu attivi fis-soċjeta'. Irringrazzjat lill-bord tal għażla mmexxi mill-Profs Carmel Borg u waslet l awguri għan-nom tal- Membru Parlamentari Mario Galea li minħabba ċirkostanzi imprevisti ma setax jattendi għas-serata.
L-Eċċelenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-Premju Anzjanita’ Attiva huwa premju li qed jirrikonoxxi mhux biss id-dritt li l-anzjan għandu valur soċjo-ekonomiku għal pajjiżna, imma qed jagħraf li l-anzjan għandu d-dritt li jgħix il-ħajja. Il-President ta’ Malta qalet ukoll li llum ħafna anzjani minkejja li mhumiex fil-ħajja produttiva diretta, qed jagħtu kontribut qawwi lill-ekonomija, meta dawn jappoġġjaw lit-tfal ta’ uliedhom biex ikunu jistgħu joħorġu fid-dinja tax-xogħol. Qalet li b’dan il-mod mhux biss l-anzjani qed jagħtu kontribut siewi lill-ekonomija tal-pajjiż iżda wkoll qed isaħħu l-valuri tas-soċjeta’.
L-Eċċellenza tagħha ppreżentat dan il-premju lir-rebbieħa, is-Sinjura Marija Azzopardi, wara li ġiet imħabbra uffiċċjalment mil-Profs. Carmel Borg, ċermen tal-bord tal-għazla.
Għal din l-attivita' attenda ukoll il-Ministru għal-Għawdex Anton Refalo.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046