STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr142402
18/10/2014
Għalqet, fis-17 ta’ Ottubru, it-talba għall-proposti b'rabta mal-konċessjoni għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta' cruise liner terminal u yacht marina f'Għawdex li nfetħet fis-16 ta' Mejju li għadda.
Mis-sitt proponenti li ġabru d-dokument dwar il-proġett sat-18 ta' Lulju, ġiet preżentata proposta waħda minn Kalamarine Development Consortium fiż-żmien stipulat.
Issa jibda l-proċess ta' evalwazzjoni finali biex minn hemm jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha fir-rigward tal-proġett.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046