Left arrow Mur Lura

PROGRAMM GĦALL-ANZJANI GĦAWDXIN FIL-KOMUNITÀ

pr142401
Date Icon 18/10/2014

Sejħa għall-kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali fuq servizzi għall-anzjani

B'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ragħaj it-tajjeb fir-Rabat Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva nieda programm għall-anzjani fil-komunità. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Għawdex stess u qalet li dan huwa parti mix-xogħol tal-Gvern biex isaħħaħ is-servizzi tal-anzjani fil-komunità biex jinkoraġġixxi iżjed anzjani jibqgħu fil-komunità. Dan ukoll biex noffru servizzi li jippermettu lill-anzjani tagħna jgħixu ħajja ta' kwalità wkoll billi jkollhom esperjenza ta' tagħlim. Dan wara li lbieraħ is-Segretarju Parlamentari ħabbret 14-il sodda għas-servizz tar-respite, fuq is-sebgħa li kien diġà hemm fir-Residenza San Vinċenz liema servizzi jistgħu jintużaw kemm mill-Maltin kif ukoll mill-Għawdxin.

Waqt din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret ukoll sejħa ta' kollaborazzjoni mal-Kunsilli ta Malta u Għawdex biex ikun hemm kollaborazzjoni fil-qasam tal-anzjani u biex nagħtu servizzi lill-anzjani. B’mod partikolari s-Segretarju Parlamentari semmiet in-night shelters u respite. Ħabbret kif is-Segretarjat tagħha diġà identifika postijiet kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta biex appuntu jkunu jistgħu jingħataw dawn is-servizzi. F'Għawdex b’mod partikolari għax ser ikunu qed jingħataw għall-ewwel darba.

Dawk il-Kunsilli Lokali interessati biex jissottomettu l-proposti tagħhom jew jaqsmu l-ideat tagħhom għall-komunitajiet rispettivi jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt minn nhar it-Tnejn li ġej, jibagħtu imejl fuq activeageing@gov.mt jew jċemplu fuq 25903132

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow