Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU HELENA DALLI ŻŻUR MARATONA TA’ MUŻIKA F’ĦAL LUQA B’RISQ IL-YMCA HOMELESS U L-HOSPICE MOVEMENT

pr142399
Date Icon 18/10/2014
Bosta personalitajiet, membri parlamentari uatturi se jqattgħu flimkien lejl fuq terazzin bħala ġest simboliku biextitqajjem kuxjenza dwar dak li jgħaddu minnu dawk kollha li m’għandhomx saqaffuq rashom
Fi tmiem din il-ġimgħa qed tittella’ maratona ta’50 siegħa ta’ mużika kontinwa fl-istabbiliment tal-ikel Talbot &Bons f’ĦalLuqa b’risq il-YMCA Homeless u l-Hospice Movement.
Fi żjara li għamlet fil-ftuħ tal-maratona,il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u LibertajietĊivili Dott. Helena Dalli ltaqgħet mas-sidien tal-istabbiliment Amy Talbot uAlan Mercieca Bons fejn kien spjegat lilha l-iskop wara din il-maratona.
Issemma’ kif l-istabbiliment jagħti prijoritàqawwija lejn il-bżonn li titqajjem kuxjenza dwar attivitajiet filantropiċi,bil-għan li tintlaħaq is-somma ta’ €10,000 tul it-tliet ijiem.
Fil-maratona qed jagħtu s-sehem tagħhom bostakantanti kif ukoll gruppi li ser idoqqu fuq stil differenti fosthom jazz,mużika folk/acoustic, mużika fuq stil rock u anke pop.
Se jittellgħu ukoll attivitajiet għat-tfal bħal face painting u animazzjoni flimkien ma’mużika adattata għaż-żgħar.
F’ġest simboliku biex titqajjem kuxjenza dwar dakli jgħaddu minnu dawk kollha li huma bla saqaf fuq rashom, bostapersonalitajiet televiżivi, membri parlamentari, u atturi se jkunu qedjingħaqdu flimkien f’din il-maratona biex iqattgħu lejl fuq it-terazzin faċċatatal-istabbiliment innifsu.
Aktar informazzjoni dwar din il-maratona tinsabfuq il-paġna ta’ Facebook
www.facebook.com/talbotbons
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow