Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TIFTAĦ SEMINAR TAL-FONDAZZJONI RICHMOND

pr142397
Date Icon 18/10/2014
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, fetħet seminartal-Fondazzjoni Richmond dwar l-imġieba tat-tfal bi sfidi mentali, fejnappellat lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali biex l-interventib’risq it-tfal li jkollhom dawn l-isfidi jibdew minn kmieni minnġol-komunitajiet.  Il-President qalet ukoll li s-sistemi użati f’danil-qasam ta’ saħħa mentali għandhom jitpoġġew taħt il-lenti u dan sabiexil-kura tingħata b’mod iktar effettiv. 
Il-President semmiet il-bżonn ta’ interventi interdixxiplinari, fejnil-professjonisti psikjatrici u dawk psiko-soċjali jaħdmu flimkien biex  jindirizzawb’mod iktar ħolistiku l-isfidi tat-tfal li jkollhom imġieba li tirrikjediattenzjoni. 
Fl-intervent tagħha l-President semmiet każijiet ta’ tfajliet li sfidi ta’saħħa mentali, u t-tbatija tagħhom fosthom tfajla li għexet ħajjithafl-istituzzjonijiet, u meta ma kienx hemm fejn tmur iktar, spiċċat iddaħħletfl-isptar Monte Karmeli.  Semmiet ukoll każ ieħor ta’ tfajla li wkollkienet fl-isptar Monte Karmeli u li din ingħatat appoġġ mill-Presidenza għaxħasset li t-tfajla kellha bżonn ta’ intervent psiko-soċjali u din għamletavvanz meta l-bżonnijiet tagħha ġew indirizzati b’mod iktar ħolistiku.
Is-seminar tal-Fondazzjoni Richmond dwar l-imġieba tat-tfal ġie organizzathekk kif l-10 ta’ Ottubru li għadda kien mfakkr il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali.  
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow