INKOMPLU NSAĦĦU S-SERVIZZ TAR-RESPITE GĦALL-ANZJANI FIL-KOMUNITÀ
L-ammont ta’ sodod għar-Respite jiżdied
Is-servizz tar-respite għall-familji ta’ anzjani fil-komunità ġie msaħħaħ mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, fuq skema ta’ Public Church Partnership mar-Residenza ta’ Casa Leone.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern ser ikun qiegħed jipprovdi servizz ta’ respite ta’ 14-il sodda aktar minn dak li kien diġà mogħti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li sa issa huwa ta' 7 sodod. Dan is-servizz ser jibda jingħata għal tul ta’ tliet ġimgħat għal kull individwu.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li permezz ta’ dan is-servizz, il-Gvern qiegħed jinkoraġġixi biex iktar familji jżommu lill-anzjani tagħhom jgħixu fil-komunità. Justyne Caruana spjegat kif l-applikazzjonijiet għal dawn is-servizzi ser jibdew jiġu pproċessati mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Dr Caruana esprimiet il-ħsieb tagħha li dawn is-servizzi jkomplu jitjiebu fiż-żmien li ġej. Meta mistoqsija dwar l-Istandards Nazzjonali dwar ir-residenzi tal-anzjani, is-Segretarju Parlamentari qalet li l-konsultazzjoni pubblika issa għalqet u għaddej il-proċess biex jiġi ffinnalizzat dan id-dokument.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046