Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU HELENA DALLI TILTAQA’ MAL-KUNSILL IL-ĠDID TAL-VOLONTARJAT

pr142393
Date Icon 17/10/2014

L-NGO hub fil-Belt Valletta se tkun waħda minn 3 idjar madwar il-pajjiż li jospitaw l-għaqdiet mhux governattivi

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dott. Helena Dalli kellha laqgħa mal-kunsill il-ġdid tal-volontarjat.

Il-Ministru Dalli ddiskutiet mal-membri tal-kunsill mezzi kif il-fondi għall-għaqdiet mhux governattivi jistgħu jiġu użati aħjar, fost l-oħrajn billi jiġu evitati duplikazzjoni ta’ proġetti u wkoll billi ssir aktar emfasi fuq is-sostenibilità.

Ġiet diskussa wkoll il-liġi dwar l-organizzazzjonijiet volontarji u kif din se tkun qed tiġi mtejba biex b’hekk isservi lil dan il-qasam bl-aħjar mod possibli, fl-istess ħin li tissaħħaħ il-kontabilità fis-settur, b’mod partikolari l-użu ta’ fondi.

Dott. Dalli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ħidma li qed issir bħalissa fuq il-proġett tal-NGO hub fil-Belt Valletta. Kif imwiegħed fil-manifest elettorali, din se tkun waħda minn tliet idjar madwar il-pajjiż għall-għaqdiet mhux governattivi, liema bini se jservi wkoll biex jospita ’l-kunsill.

Il-Ministru Dalli awgurat lill-membri tal-kunsill il-ġdid fil-ħidma tagħhom u tenniet l-impenn tagħha u tal-ministeru biex tara tisħiħ f’settur tant importanti fis-socjetà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow