Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr142392
Date Icon 17/10/2014

Fl-aħħar sena l-prezz stabbli f’Malta kien irħas mill-prezz fis-suq internazzjonali

Bl-istqarrija tagħha llum, l-Oppożizzjoni uriet kemm hija maqtugħa mir-realtà u bla kredibilità. Min qatt ma nnegozja l-aħjar prezzijiet għall-konsumaturi u dejjem ħalla s-suq jiddetta l-prezz bil-piżijiet jiżdiedu kull xahar, illum irid jikkritika, b’argumenti żbaljati, lil min innegozja b’għaqal favur l-istabbilità.

L-istabbilità fil-prezzijiet tal-fuel, flimkien mar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’Marzu li għadda, issarrfu f’kunfidenza ikbar fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna. Din il-klima ta’ fiduċja wasslet biex pajjiżna jimxi ’l quddiem u jikseb l-akbar tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha l-oħra taż-żona ewro.  

Il-fatti juru kif, fl-aħħar tnax-il xahar, il-prezz medju tal-fuel li ġie nnegozjat għall-familji u negozji Maltin mhux biss offra stabbilità iżda kien ukoll b’mod konsistenti irħas mill-prezz fis-suq internazzjonali. Id-differenza nħasset sew għaliex pajjiżna rreġistra rata ta’ inflazzjoni iktar baxxa mis-snin preċedenti.   

Taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-konsumaturi dejjem spiċċaw ħallsu prezzijiet fil-medja ogħla minn taħt dan il-Gvern. Iċ-ċifri kollha jikkonfermaw li l-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam ipprovdiet stabbilità fil-prezzijiet tal-fuel u tnaqqis fl-isejjeż tal-konsumaturi.

L-argument tal-Oppożizzjoni huwa teknikament inkorrett għaliex jikkunsidra biss il-prezz f’mument wieħed partikolari u jinjora l-prezzijiet irħas li ġew stabiliti tul ix-xhur kollha li għaddew. L-Oppożizzjoni hija żbaljata wkoll għaliex tinjora l-fatt li gvernijiet li kienet tmexxi hija stess żiedu t-taxxi fuq il-fuel.

L-Oppożizzjoni qed tqabbel b’mod inkorrett mal-prezz ta’ 78 dollaru kull barmil ta’ żejt mhux maħdum, li m’huwiex il-każ f’dan il-mument. L-Oppożizzjoni qed tinjora wkoll kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fir-rata tal-kambju.

Lil hinn min-negattivita tal-Oppożizzjoni, il-familji u n-negozji jistgħu jixhdu kif il-politika ta’ stabbilità fil-prezzijiet qed tfisser iktar flus fil-bwiet tagħhom u aktar serħan il-moħħ meta jiġu biex jippjanaw in-nefqiet tagħhom. Din l-istabbilità se tissokta permezz ta’ miżuri oħra pożittivi li se jitħabbru fil-budget għas-sena 2015.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow