Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-SME WEEK MALTA 2014

pr142389
Date Icon 17/10/2014

F’Konferenza tal-aħbarijiet fil-kumpless Main Street, f’Paola, il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Christian Cardona nieda l-programm ta’ attivitajiet marbuta mal-SME WEEK MALTA 2014.

Il-Ministru Cardona qal li din is-sena l-konferenza saret f’ambjent relatat mar-retail għaliex dan l-avveniment qed jikkonċidi ma’ konsultazzjoni pubblika li għaddejja fuq ir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet.

Il-Konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet ser tibqa miftuħa sal-24 t’Ottubru. Il-Ministru Cardona qal li diġa kien hemm numru ta’ partijiet interessati li għamlu suġġerimenti u oħrajn li ressqu il-kritika tagħhom.

Fost is-suġġerrimenti li daħlu kien hemm dawk ta’ min jemmen li l-ħwienet għandhom jiddeċiedu huma f’liema ħinijiet u ġranet għandhom jiftħu, mingħajr restrizzjonijiet, fil-waqt li oħrajn urew biċ-ċar li ma jaqblux mas-sistema preżenti fejn ħwienet li jinsabu f’zoni turistiċi u dawk li mhumiex, huma trattati b’mod differenti meta jiġu applikati ir-regoli dwar il-ħinijiet tal-ftuħ.

Dr. Chris Cardona reġa għamilha ċara għal darb’oħra li l-liġijiet tax-xogħol kif inhuma, mhux ser ikunu affetwati, u żgur mhux ser tkun aċċettata sitwazzjoni  fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol prezenti jmorru għall-għar.

Dwar l-SME WEEK 2014, l-Ministru Cardona rringrazzja lil dawk l-għaqdiet u organizazzjonijiet li għazlu li jkunu parteċipi fl-attivitajiet li qed jiġu organizzati din is-sena, kif ukoll lil Enterprise Policy and Schemes Directorate u d-dipartimenti l-oħrajn li se jkunu wkoll qed jipparteċipaw bi sħiħ.

Il-Ġimgħa ddedikata għan-negozji Żgħar u Medji, hija avveniment annwali li jingħata importanza kbira fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa avveniment li jseħħ f’xejn inqas minn sebgħa u tletin pajjiz bil-għan li nipprovdu informazzjoni fuq l-għajnuna li tiġi offruta mill-awtoritajiet ta’ l-Unjoni Ewropea, dawk nazzjonali, kif ukoll lokali lill-intraprizi micro, żgħar u medji.

Il-Ministru Cardona qal li din is-sena reġa hemm programm mimli attivitajiet li jindirizzaw oqsma u suġġetti varji relatati ma’ l-intrapriza, li mistennija jqanqlu interess u jkomplu jgħinu lin-negozji żgħar u medji.

Dr. Cardona tkellem dwar l-importanza tal-SMEs f’pajjiżna u kwota rapport tal-Kummissjoni Ewropea li minnu jirrizulta li f’Malta matul 2015, l-SMEs huma mistennijja li jiżdiedu b’1,500 fil-waqt li li-impjiegi fl-SMEs mistennijja li jiżdiedu b’4000 impjieg.

“Dawn huma kollha figuri pozittivi għall-ekonomija ta’ pajjizna, pero konxji li fadal ħafna xi jsir. Sa mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, ħdiemna ħafna biex inwettqu numru ta’ inizjattivi bil-mira li ngħinu lin-negozji Maltin jkunu kapaċi jadataw ruħhom għall l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom” saħaq il-Ministru Cardona.

Huwa semma kif ftit ġranet ilu kien mniedi l-EBIZ courses bil-għan li n-negozji jdawru l-isfida tal-ecommerce f’opportunita. Qal li s’issa diġa kien hemm aktar minn 100 li applikaw għal dan it-taħriġ.

Semma wkoll il-ħolqien ta’ aktar inċentivi għal-intraprendituri u kif mis-sena d-dieħla ser jitniedew awards bil-għan li jkunu premjati dawk l-intraprizi sostenibli, is-‘Sustainable Enterprise Support Award’.

Huwa temm l-intervent tiegħu billi appella l-intraprendituri u dawk interessati jidħlu fid-dinja tal-intraprenditorija, biex jipparteċipaw bis-sħiħ f’dawn l-attivitajiet.

Il-Konferenza kienet indirizzata wkoll mis-Sur Jeffrey Buġeja, Direttur tal-Enterprise Policy and Schemes Directorate u fi tmiema l-Ministru Cardona ħa l-okkazzjoni jżur uħud mill-ħwienet fil-kumpless Main Street, f’Paola.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow