Left arrow Go Back

IL-ĠIMGĦA D-DIEĦLA TINGĦATA BIDU GĦAL ESEBIZZJONI DWAR L-ISLAM

pr142387
Date Icon 17/10/2014
Esebizzjoni li qed iddur id-dinja kollha, il-ġimgħa d-dieħla jmiss li tinfetaħ għall-pubbliku f’Malta, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Kull fejn qed tittella’, l-esebizzjoni, li hija waħda edukattiva u titratta dwar kif l-Islam huwa prattikat fis-Sultanat tal-Oman, qed ikollha suċċess kbir.
“Tolerance, Understanding, Coexistence: Oman’s message of Islam” hija parti minn inizjattiva internazzjonali mnedija mill-Oman biex ikun promoss djalogu bejn reliġjonijiet differenti kif ukoll il-ko-eżistenza paċifika bejn dawn ir-reliġjonijiet. F’Malta l-esebizzjoni qed tittella’ f’mument opportun biex dak li jkun isir jaf aħjar kif dan ir-reliġjon huwa prattikat fl-Oman, li huwa pajjiż li jittollera u jaċċetta l-prattika ta’ reliġjonijiet oħra fi ħdanu – xi ħaġa li tinsab imnaqqxa fil-kostituzzjoni tal-pajjiż stess.
L-esebizzjoni hija magħmula minn esebiti li permezz ta’ grafika u wkoll kitba, turi kif l-Islam huwa prattikat fl-Oman u tinkludi wkoll id-dokumentarju qasir “Religious Tolerance in Oman” tad-direttur Ġermaniż Wolfgang Ettlich.
S’issa l-esebizzjoni ttellgħet f’numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja, fosthom fin-Nazzjonijiet Magħquda, il-Ġermanja, il-Italja, il-Ingilterra, Spanja, l-Estonja u wkoll is-Slovenja.
Din l-esebizzjoni qed tittella’ f’mument partikolari meta qed infakkru l-40 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll l-44 anniversarju tar-renju tas-Sultan Qaboos Al Said f’Oman.
L-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Sultanat tal-Oman, Joe Mangion, ħadem biex setgħet tittella’ din l-esebizzjoni, li se tinfetaħ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru fis-7.30 ta’ filgħaxija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow