IL-FIERA TAL-KOTBA FL-ISKOLA SEKONDARJA FIL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar l-iskola sekondarja fi ħdan il-kulleġġ ta’ Għawdex. Il-Ministru awgura lill-iskola tal-inizjattiva li ħadu l-Gozo Live u l-Kulleġġ ta’ Għawdex li jniedu Fiera tal-Kotba f’din l-iskola. Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-għalliema tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom.
Għalkemm qed ngħixu f’era fejn qed naraw żvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija, il-ktieb jibqa’ dejjem importanti, għax kif jgħidu l-ktieb huwa l-aqwa ħabib. Il-qari minn dejjem kien sors ta’ edukazzjoni u tagħlim siewi, speċjalment meta dan jibda’ minn età ċkejkna. Il-Ministru ħeġġeġ lill-istudenti biex jaqraw għax kif jgħid il-qawl Malti bil-qari titgħallem.
Il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex Victor Galea u l-Kap tal-Iskola Tereża Camilleri wrew lill-Ministru Anton Refalo x-xogħlijiet li twettqu f’din l-iskola sabiex tiġi introdotta l-ko-edukazzjoni fil-Year 7 kif ukoll ix-xogħol fuq il-laboratorji ġodda tax-xjenza.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046