Left arrow Mur Lura

KALANĊ TEAM U MR WHIPPY FL-EWWEL ŻEWĠ POSTIJIET TAL-KLASSIFIKA TAL-FIA EUROPEAN DRAG RACING CHAMPIONSHIP

pr141867
Date Icon 21/08/2014

Żewġ sewwieqa Maltin jinsabu bħalissa fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika tat-Top Methanol Dragster fil-kampjonat tal-FIA European Drag Racing.  Dawn huma Kalanċ Team, b’karozza dragster misjuqa minn Chris Polidano u Mr Whippy, b’karozza misjuqa minn Monty Bugeja.  Wara tlett itlielaq, waħda fil-Gran Brittanja, waħda fil-Finlandja u l-oħra fil-Ġermanja, Chris Polidano u Kalanċ Team għandhom 197 punt, filwaqt li Monty Bugeja u Mr Whippy għandhom 162 punt.   It-tim ta’ Mr Whippy rebaħ it-tellieqa fil-Finlandja, filwaqt li Kalanċ Team spiċċaw fit-tieni post fil- Finlandja u rebħu dik tal-Ġermanja.  Fl-istess kategorija jikkompetu wkoll sewwieqa mill-Ġermanja, l-Isvezja u l-Gran Brittanja.  Il-fatt li l-bandiera Maltija tinsab tperper fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika huwa ta’ unur kbir għall-pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius riċentement iltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ Kalanċ Team u qabel ma’ rappreżentanti tat-tim ta’ Mr Whippy.  Magħhom tkellem dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom f’dan l-isport, u l-aspirazzjonijiet li għandhom iż-żewġ timijiet kemm għal dan l-istaġun kif ukoll għas-snin li ġejjin.  Filwaqt li awguralhom, ħeġġeġ sabiex dan l-isport li qed jagħmel tant ġieħ lil Malta jieħu post aktar prominenti fil-media Maltija, sabiex dawk li jinteressahom dan l-isport jkunu jistgħu jsegwu l-aħħar dettalji u fl-istess ħin nirrikonoxxu l-isforzi li dawn il-Maltin qed jagħmlu barra l-pajjiż.

L-aħħar żewġt itlielaq għat-timijiet Maltin f’dan il-kampjonat jinżammu waħda fil-21 ta’ Awwissu li se ssir fl-Isvezja u l-aħħar waħda tkun dik finali li ssir fil-Gran Brittanja fl-4 ta’ Settembru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow