Left arrow Mur Lura

L-EWWEL PARA CAMP FIL-GŻEJJER MALTIN

pr141865
Date Icon 21/08/2014

Il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo għamel żjara uffiċjali fl-ewwel  Para Camp organizzat mill-organizazzjoni msejħa Young Volunteers bl-għajnuna tal-Emergency Response Rescue Corps, tal-European Union Programmes Agency, kif ukoll tal-Youth in Action Programme, b’mod partikolari l-Maltese National Agency.

Dan il-kamp se jsir bejn it-18 u t-23 ta’ Awwissu u qed jieħdu sehem madwar 20 parteċipant.

L-għan ewlieni ta’ dan il-Para Camp hu li jintegra persuni bi bżonnijiet speċjali kif ukoll persuni oħrajn li ma jkollhomx opportunità daqs kemm wieħed normalment ikollu biex ikun involut attivament f’esperjenza tal-ikkampjar. Għalhekk il-proġett jimmira biex iġib l-ugwaljanza bejn żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

Jgħin ukoll biex jeduka favur ħajja b’saħħitha (healthy living) permezz tal-isport u attivitajiet barra mid-dar (outdoor activities). Para Camp iġib l-isport għad-dispożizzjoni ta’ persuni b’diżabilità u bi problemi oħrajn.

Għal dan il-kamp qegħdin jiġu mistiedna biex jipparteċipaw persuni miċ-ċentri ta’ Santa Marta u l-Arka Foundation.

Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-inizjattiva u awgura li dan il-kamp, li qiegħed isir għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin, jilħaq l-għanijiet tiegħu u jkomplu jiġu organizzati kampijiet oħrajn fil-futur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow