Left arrow Mur Lura

FTEHIM BEJN L-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU U DIN L-ART ĦELWA GĦAR-RESTAWR TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL FUQ IL-GŻEJJER TA’ SAN PAWL

pr141850
Date Icon 18/08/2014

“Il-Gżejjer ta’ San Pawl għandhom potenzjal li jigu żviluppati f’attrazzjoni turistika oħra importanti’- Ministru ghat-Turizmu Edward Zammit Lewis

Il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis waqt konferenza tal-aħbarijiet,  faħħar il-ftehim li ntlaħaq  bejn l-Awtorità Maltija għat-Turizmu u Din l-Art Ħelwa biex ikomplu jtejbu l-kultura tagħna u l-prodott turistiku ta’ l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.

“L-Awtorità Maltija għat-Turizmu se tkun qed tgħin b’mod finanzjaru lil Din l-Art Ħelwa sabiex tiġi rrestawrata l-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fil-gżejjer ta’ San Pawl. Ninsab ċert li din il-kollaborazzjoni mhux ser tieqaf hawn għaliex nemmnu li l-gżejjer għandhom potenzjal li jiġu żviluppati f’attrazzjoni oħra għal min ikun qed iżurna” saħaq il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis kompla billi tenna l-importanza li l-Ministeri l-oħra, jibqgħu jinvestu f’dawn l-inħawi. Kien  f’dan l-isfond li l-Ministeru għat-Turizmu waqqaf Kumitat Nazzjonali għaz-Zoni Turistiċi sabiex titjieb l-kordinazzjoni u nassiguraw l-impenn ta’ kulħadd f’dawn iz-zoni. Il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis kompla billi qal li l-prodott turistiku ma jiddependix biss mill-investiment tal-Gvern imma wkoll mil-ħidma u l-isforzi kollettivi tal-operaturi turistiċi, mill-proġetti tal-Kunsilli Lokali u mir-responsabbilità li jieħdu ċittadini fil-ħarsien tal-ambjent u d-dehra ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Dr Edward Zammit Lewis rreferra wkoll għax-xoghol ta’ restawr tal-faċċati ta’ Torri Wignacourt kif ukoll restawr tal-‘beachpost’, li kienet tifforma parti minn strutturi kontra l-invażjoni fi żmien it-tieni gwerra dinjija, li se jkun jista’ jibda kif jispiċċa s-sajf.

Il-Ministru semma wkoll l-irwol li għandhom l-NGO’s  fi ħdan ix-xenarju kulturali u turistiku f’pajjiżna. “Huma bosta dawk l-organizzazjonijet li anke b’mod volontarju jieħdu sehem attiv fil-ħarsien tal-wirt kulturali tagħna u li jieħdu ħsieb li dawn l-assi tant importanti jkunu jistgħu jiġu mgawdija kemm mill-Maltin, kif ukoll minn dawk li jiġu jżuruna.”

“Nikkonkludi billi ngħid illi l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar għandhom rwol importanti fis-settur turistiku.  Kull ħidma li ssir favur dan is-settur hi ħidma favur l-ekonomija nazzjonali. Kull riżultat pożittiv li niksbu f’dan is-settur jgħabbina b’aktar responsabbiltà biex mhux biss inżommu dak li għandna iżda naħdmu biex nibqgħu kompettitivi ħalli nkunu kapaċi ngħelbu l-isfidi li mhux dejjem ikunu preveddibli u nagħmlu dik il-qabza ta’ kwalità tant importanti f’dan is-settur” temm jgħid l-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow