PRIJORITÀ LIS-SIGURTÀ TAT-TOROQ RESIDENZJALI
pr141848
16/08/2014
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo jappella lill-Kunsilli Lokali biex jagħtu prijorità lis-sigurtà tat-toroq residenzjali
Tul dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat fil-Kunsilli Lokali mis-Segretarju Parlamentari fejn tqajmet din il-ħtieġa. Għaldaqstant, qed tintbagħat komunikat lill-Kunsilli Lokali sabiex skont il-liġi tal-Kunsilli Lokali, is-sinjali u l-markings tat-toroq ikunu konformi ma’ standards nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikolari ġie enfasizzat li jinżebgħu s-sleeping policemen kollha tal-lokalità tagħhom sabiex dawn ikunu viżibbli għas-sewwieqa kif ukoll jipprovdu tabelli neċessarji bħala avviż lis-sewwieqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en