TĦEJJIJA GĦALL-QAFAS TA’ PJAN NAZZJONALI DWAR IL-POTENZJAL TAL-AFFORESTAZZJONI F’PAJJIŻNA
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent ut-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħatar lill-Professur Louis F. Cassar biex iħejjiqafas ta’ abbozz ta’ pjan nazzjonali dwar l-afforestazzjoni f’Malta.
Il-Ministru Brincat qal li dan il-pjan jrid jieħu in kunsiderazzjonil-qagħda preżenti ta’ fejn hemm konċentrazzjoni ta’ siġar u l-isforzi li sarufir-rigward tal-afforestazzjoni f’Malta u Għawdex. Irid jidentifika wkolll-azzjoni li trid tittieħed fuq medda ta’ żmien biex tħares u tħaddem is-sitipreżenti, l-potenzjal ta’ ħolqien ta’ msaġar ġodda u l-immaniġġar tal-postijietideali. Il-pjan għandu jiżgura lil-proposti jkunu jaqblu mal-istrateġija nazzjonali tal-bijodiversità,jikkontribwixxi għall-azzjoni nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u jipprovdispazji ġodda għal postijiet rikreattivi informali li jwasslu biex titjiebil-kwalità tal-ħajja tal-komunità.
Is-Sur Brincat qal li l-Ministeru tiegħu se jeżaminar-rapport fuq livell konsultattiv u wara, l-proposti jgħaddihomgħall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Ir-rapport tal-Professur Cassar mistenni jitlestasal-ewwel nofs ta’ Ottubru.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en