TQASSIM TA’ PREMJIJIET FIL-WIRJA AGRARJA TAL-BIEDJA U SNAJJA’ F’VILLA RUNDLE, GĦAWDEX
Il-Ministru ta’ Għawdex Anton Refalo irringrazzja lill-eżebituri relatati mal-Industrija jiġifieri taqsima 11, 12 u 13 tal-prodotti ġenwini tagħhom u qassam il-premjijiet relatati. Anton Refalo tenna li f’din il-wirja naraw l-għarfien tal-prodotti friski u ġenwini magħmulin fil-gżira Għawdxija.
Sezzjoni 11 tinkludi prodotti relatati mal-preservattivi bħal ġobon, għasel u tadam u prodotti oħra. Sezzjoni 12 tinkludi prodotti relatati max-xogħol tal-idejn bħal bizzilla, rakkmu u suf. Sezzjoni 13 tinkludi prodotti relatati max-xogħol tal-idejn bħal xogħol fuq il-ġebla, injam u pitturi. Anton Refalo qal li lkoll nafu kemm dan huwa settur importanti għax b’hekk inżammu ċertu tradizzjonijiet ta’ kif jiġu mgħammra d-djar tagħna.
Xogħol u prodotti eżibiti f’din is-sezzjoni jirriflettu l-prodotti ġenwini kif kienu jinħadmu anke minn ġenerazjonijiet imgħoddija. Propju din il-wirja ta’ Santa Marija kienet strumentali biex dawn it-tradizzjonijiet jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra.
Il-Ministru Refalo tenna li din il-wirja hija unika għall-gżira ta’ Għawdex u fost l-iktar li tattira nies fil-kalendarju kulturali ta’ Għawdex. Din il-wirja hija reklam għall-prodott Għawdxi u hija ferm popolari sew mal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll mat-turisti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en