Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr141843
Date Icon 15/08/2014

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iħabbar li llum għall-ħabta ta’ nofsinhar se jidħol Malta vapur b’madwar 800 persuna ta’ nazzjonalità Filippina abbord wara li ġew evakwati mil-Libja. 

Wara arranġamenti li għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Filippini Albert del Rosario, il-Gvern tal-Filippini aċċetta li abbord dan il-vapur ikunu jistgħu jitilgħu Maltin li jridu joħorġu mil-Libja. Għaldaqstant abbord dan il-vapur se jkun hemm numru żgħir ta’  Maltin li ddeċidew li jitilqu f’dawn l-aħħar ġranet.

Dan huwa wieħed mill-eżerċizzji li l-Gvern Malti għamel ma’ numru ta’ pajjiżi li talbu l-għajnuna tiegħu fil-ħruġ taċ-ċittadini tagħhom mil-Libja. Fil-fatt sal-lum il-Gvern diġà rċieva ringrazzjamenti uffiċjali b’rikonoxximent għal din l-għajnuna mill-Ingilterra, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, il-Filippini u l-Indja.  

Mal-wasla tagħhom f’Malta l-persuni ta’ nazzjonalità Filippina se jibqgħu fuq il-vapur sakemm jasal il-ħin tagħhom biex imorru l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex jaqbdu t-titjiriet lura lejn pajjiżhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow