LAQGĦA LI TITRATTA L-KAŻ TA' QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL LI ĦOLOQ DIVERĠENZI FIR-ROTOT U DEWMIEN TA' TITJIRIET LEJN U MINN MALTA
Il-Ministru għat-Turiżmu li huwa wkoll responsabbli mill-Avjazzjoni Ċivili lbieraħ sejjaħ laqgħa urġenti dwar dak li seħħ it-Tlieta fejn numru ta’ titjiriet li ma waslux jew ma telqux fil-ħin mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Din kienet l-ewwel darba li ġara inċident bħal dan fl-ajruport.
Għal din il-laqgħa ġew imsejħa rappreżentanti mill-Malta Air Traffic Services (MATS), Malta International Airport plc u r-Regolatur tal-Avjazzjoni Ċivili ħalli tkun diskussa din is-sitwazzjoni fid-dettal.
Il-Ministru talab għal rapport tekniku minn kull parti li għandu jiġi ppreżentat lir-Regolatur tal-Avjazzjoni Ċivili immedjatament u li għandu wkoll jinkludi rimedji sabiex iservi ħalli sitwazzjoni bħal ta’ nhar it-Tlieta ma terġax tirrepeti ruħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en