Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RODERICK GALDES JAGĦMEL ŻJARA GĦAND DELICATA WINES

pr141833
Date Icon 13/08/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes fl-okkazjoni tal-ftuħ tal-istaġun tal-qtugħ u għasir tal-għeneb għamel żjara lill-kumpanija Maltija Delicata Wines fejn ra b’għajnejh il-bdiewa jġibu l-għeneb biex jingħasar fil-fabbrika. Huwa tkellem dwar l-importanza tal-inbid Malti kemm f’dak li jirrigwarda l-konsum Malti kif ukoll il-konsum tat-turisti li jiġu jżuruna. L-għasir tal-inbid hija tradizzjoni lokali li tmur lura madwar 3,000 sena u għandu jsir dak kollu possibli biex tradizzjoni bħal din tibqa’ tissaħħaħ.

Waqt iż-żjara tiegħu Galdes faħħar lill-għassara Maltin u Għawdxin li jaqgħu taħt dan is-settur importanti tal-inbid, u ħeġġiġhom biex jibqgħu jippromwovu l-prodott tagħhom filwaqt li ħeġġiġhom ukoll biex ikunu kburin bil-produzzjoni tagħhom li hi mija fil-mija Maltija. Fl-istess waqt huwa ħeġġeġ lil-lukandiera u sidien ta’ ristoranti biex ikunu kburin bil-prodott Malti li huma joffru lill-klijenti tagħhom, inbid lokali li issa laħaq livelli ta’ produzzjoni għolja ta’ ċertifikazzjoni DOK u IĠT.

Spjega kif il-kundizzjonijiet tal-klima Maltija huma ideali għat-tkabbir tad-dielja, u qal ukoll li l-klima ta’ din is-sena kienet waħda simili għas-sena li għaddiet. Dan ifisser li l-produzzjoni mill-ħasda ta’ din is-sena se tkun simili għas-sena ta’ qabel.

Semma kif f’Malta qed iżżid id-domanda tagħha għall-għeneb IĠT u dak DOK, speċjalment fis-sena 2012  u 2013. Tant hu hekk li 97 fil-mija tal-inbid prodott fis-sena 2013 kien ċertifikat bħala DOK jew IĠT, waqt li tlieta fil-mija biss kienu prodott magħruf bħala inbid tal-mejda.

Huwa inkoraġġixxa lill-għassara u lill-bdiewa biex jagħtu attenzjoni partikolari għall-inbejjed tal-varjetajiet endemiċi girgentina u ġellewża għax dawn l-inbejjed huma tipikament Maltin filwaqt li l-inbejjed l-oħra huma varjetajiet internazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow