MAGĦŻULA L-KUMPANIJA LI SSOTTOMETTIET L-AĦJAR OFFERTA BIEX TMEXXI T-TRASPORT PUBBLIKU
pr141832
13/08/2014
Fil-ġranet li għaddew, ġie konkluż l-eżerċizzju tal-Espressjoni ta’ Interess għall-operat tat-trasport pubbliku.
Wara l-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet imressqin, irriżulta li l-kumpanija Spanjola, Autobuses de Leon, issottomettiet l-aħjar offerta, skont il-kriterji stabbiliti fl-Espressjoni ta’ Interess ippubblikata mill-Gvern.
Għaldaqstant, fil-ġranet li ġejjin, se jibdew in-negozjati uffiċjali ma’ din il-kumpanija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en