Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141831
Date Icon 12/08/2014

Għandna nitgħallmu mill-passat u nippromovu l-paċi

Waqt il-kommemorazzjoni tat-72 anniversarju mill-operazzjoni ta’ għajnuna lejn Malta mill-Ingilterra, magħrufa mal-Maltin bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li kommemorazzjonijiet bħal dawn għandhom isaħħuna biex nippromovu l-paċi u l-istabbilità.  Hija qalet li d-djalogu bejn in-nazzjonijiet huwa l-uniku mezz li jġib ftehim u għaqda, u li tagħmel daqshekk differenza fil-ħajja tan-nies.

Il-President Coleiro Preca rreferiet għall-instabbilità fl-Ukraina, fin-Niġerja, f’Gaża, fl-Iraq kif ukoll fil-Libja u s-Sirja.

F’mumenti bħal dawn, temmet tgħid il-President, għandna nitgħallmu mill-passat u nkomplu naħdmu biex pajjiżna, permess tar-rwol strateġiku importanti tiegħu, jkun katalist għal djalogu bejn il-ġnus b’risq il-paċi u l-istabbilità fil-Mediterran u fid-dinja kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow