Left arrow Mur Lura

IL-KNŻ TFAKKAR IL-JUM INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr141829
Date Icon 12/08/2014

It-12 ta’ Awwissu huwa l-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ u għal dan il-għan saret konferenza tal-aħbarijiet mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) sabiex ikun imfakkar dan il-jum. Il-President tal-KNZ, Isabelle Camilleri, spjegat kif it-tema magħżula għal din is-sena hija dik tas-saħħa mentali.  Hija tkellmet dwar l-importanza li dawn iż-żgħażagħ ma jkunux diskriminati. Fakkret fiż-żgħażagħ li llum jinsabu jgħixu fi kriżi bħall-gwerer. Hija kompliet tisħaq li ż-żgħażagħ huma l-preżent u l-futur.

Il-Whip tal-Partit Nazzjonalista David Agius tkellem dwar l-importanza li ż-żgħażagħ u l-inizjattivi li jieħdu għandhom jingħataw l-ispazju xieraq. Huwa kompla fuq dak li qalet il-President tal-KNŻ, li l-futur jidher isbaħ jekk kemm-il darba ż-żgħażagħ jidħlu f’oqsma diversi mhux biss politiċi imma anke kulturali.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, saħaq fuq l-impenn li għandhom jieħdu ż-żgħażagħ, u li għandhom jidħlu għalih b’ċerta serjetà. Spjega kif anke ż-żgħażagħ fl-età żgħira tagħhom għandhom rwol x’jaqdu fis-soċjetà. Huwa appella sabiex aktar żgħażagħ jaħdmu f’għaqdiet volontarji li mill-banda l-oħra huma dipendenti fuq l-entużjazmu taż-żgħażagħ. Huwa aċċenna għad-diskussjoni li kellu mal-parteċipanti tal-Parlament taż-Żgħażagħ dwar l-edukazzjoni u l-importanza li din għandha fil-ħajja. Huwa enfasizza fuq l-inklussività, li ma niddistingwux in-nies abbażi tal-kulur tal-ġilda, ir-reliġjon jew il-post fejn jgħixu imma li nqisu lil kulħadd ugwali. Huwa temm l-intervent tiegħu bl-appell sabiex aktar żgħażagħ jieħdu l-opportunitajiet li jiġu quddiemhom jekk kemm-il darba dawn jgħinu biex jikbru ħolistikament.

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ bħalissa huwa impenjat biex jorganizza l-Parlament taż-Żgħażagħ nhar it-18 ta’ Settembru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow