Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

pr141828
Date Icon 12/08/2014

L-impatt ekonomiku tal-produzzjoni Amerikana By the Sea se jkun qed iħalli impatt ekonomiku kbir għal Għawdex u għall-Għawdxin, li hu stmat li ser jiġġenera miljuni.

Malta u Għawdex qed jiġġeneraw interess kbir fil-medja internazzjonali u dan se jħalli effett pożittiv ukoll fuq it-turiżmu f’pajjiżna.  Fix-xhur li għaddew l-industrija tal-films ħadet spinta ’l quddiem.  Kumpaniji internazzjonali qed jinvestu miljuni ta’ ewro f’Malta u Għawdex u fl-istess ħin joħolqu mijiet ta’ postijiet ta’ xogħol.

Dan l-impatt ekonomiku qawwi u x-xogħol li joħloq ma jistax ikun possibbli mingħajr il-koperazzjoni tal-pubbliku, minħabba l-għeluq għal xi żmien ta’ Imġarr ix-Xini li se tkun is-sit li tirrappreżenta lil Għawdex u lil Malta waqt il-ġbid ta’ din il-produzzjoni kbira. Il-Bajja fl-Imġarr ix-Xini f’Għawdex u ż-żona tal-madwar se jkunu magħluqa għall-pubbliku min-nhar it-Tnejn 18 ta’ Awwissu sat-Tnejn 10 ta’ Novembru 2014. 

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu jixtiequ jirringrazzjaw mill-quddiem tal-koperazzjoni tal-pubbliku, l-entitajiet varji u l-Kunsilli Lokali konċernati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow