TWISSIJA MID-DIRETTORAT GHALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD GĦAS-SAJF
L-ogħla temperatura hija mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin. Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq javża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi u tfal żgħar. Persuni li qed ibgħatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li:
• Jekk hu possibli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm.
• Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol.
• Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk.
• F‘każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en