Left arrow Mur Lura

PARTEĊIPAZZJONI REKORD TA’ 3,800 RUĦ FIL-PROGRAMM TAL-KMS SUMMER ON THE MOVE

pr141819
Date Icon 11/08/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport żar il-Kumpless ta’ Ħal-Kirkop li huwa wieħed mill-kumplessi li fih qed isir il-programm Summer on the Move li issa wasal f’nofsu.  Waqt iż-żjara tiegħu, s-Segretarju Parlamentari seta jsegwi mill-viċin kif jitħaddem dan il-programm; fejn ra sessjonijiet taz-Zumba, għawm, fundamentals, basketball u ġinnastika fost l-oħrajn.  Huwa tkellem mal-parteċipanti li kienu għaddejjin bis-sessjonijiet u anke mal-kowċis tagħhom.  Minbarra hekk esperjenza wkoll kif bosta ġenituri jattendu għas-sessjonijiet varji waqt li uliedhom ikunu għaddejjin bis-sessjoni tagħhom.

Il-programm tal-Kunsill Malti għall-Isport, Summer on the Move din is-sena ra parteċipazzjoni rekord ta’ 3,800 ruħ li jvarjaw minn parteċipanti żgħar għal dawk adulti.  Qed ikun offrut fil-kumplessi sportivi tal-KMS; dawk tal-Kottonera, Kirkop u tal-Qroqq, kif ukoll  fl-iskejjel tal-Mosta u tas-Siġġiewi.  Huma diversi d-dixxiplini sportivi offruti f’dan il-programm, fejn jibqgħu l-iżjed popolari l-għawm, il-ġinnastika, il-baskitbol u l-futbol.

Din is-sena għalkemm ġew riveduti l-prezzijiet biex dejjem ikunu vantaġġuzi speċjalment għal dawk li jridu jużaw is-servizz il-ġimgħa kollha, Summer on the Move mhux ser jagħlaq bit-telf bħalma ġara fis-snin l-imgħoddija għajr għall-ewwel sena fl-2004.  Filfatt din hija l-11-il edizzjoni ta’ Summer on the Move li m’għamilx telf biss fl-ewwel sena tiegħu.

Il-programm se jibqa’ għaddej sal-5 ta’ Settembru 2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow