Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA

pr141818
Date Icon 11/08/2014

Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jinvestiga każ li seħħ nhar is-Sibt 9 t’Awwissu 2014 għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija meta ħelicopter li kellu jinżel fil-ħelipad tal-Isptar San Luqa fejn kien hemm jistennewh ambulanza flimkien ma’ tim mediku,  ma tħallix jagħmel dan, peress li fuq il-ħelipad kien hemm vettura pparkjata. Il-ħelikopter kien telaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Id-Dipartiment tas-Saħħa gie infurmat li dak il-ħin kien impossibli li l-vettura titneħħa u li l-ħelicopter kellu jdur lura lejn Għawdex sabiex ikun jista’ jmur lura Malta aktar tard. Sadanittant il-vettura li kien hemm ipparkjata fil-ħelipad tneħħiet u l-ħelicopter wasal lura Malta għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fejn il-pazjent ittiehed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.

Id-Dipartiment tas-Saħħa qed jieħu dan il-każ b’serjetà massima u minnufih beda jinvestigah. Skont ir-riżultat ta’ din l-investigazzjoni d-Dipartiment mill-ewwel se jieħu l-passi  dixxiplinarji meħtieġa, inkluż sospensjoni minn fuq il-post tax-xogħol, kontra min kien involut. Fl-istess waqt se jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi assigurat li każ simili ma jerġax iseħħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow