IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TNIEDI IL-PREMJU ANZJANITÀ ATTIVA 2014
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żammet it-tradizzjoni annwali tal-Premju Anzjan tas-sena, bid-differenza li issa dan il-Premju inbidel għal Premju Anzjanità Attiva.
Dr Justyne Caruana nediet dan il-premju għal din is-sena waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ta Mena Estates f’Għawdex, fejn ġew mistiednin l-membri tal-bord tal-għażla għal din il-konferenza. Ħabbret li l-bord tal-għażla, immexxi mill-Professur Carmel Borg, se jkun jikkonsisti minn Bernardette Psaila, Joe Dimech, Cynthia Formosa, Narcy Calamatta, il-Kavallier Joe Attard, Rebecca Gatt, Simone Cini, u rappreżentant mis-Sergretarjat Parlamentari bħala Segretarju ta’ dan il-bord.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li l-formoli tan-nomini se jkunu jistgħu jinkisbu mis-sit uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari www.activeageing.gov.mt, mill-Kunsilli Lokali, jew mill-uffiċini tas-Segretarjat Parlamentari stess. Iż-żmien biex tintefa’ nomina se jagħlaq fit-12 ta’ Settembru 2014. Il-formola tista’ tintbagħat ukoll fuq premjuanzjanitaattiva2014.mfss@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en