ŻJARA TAL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX FIL-KUMPLESS SPORTIV TA’ KERĊEM
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar il-faċilitajiet sportivi f’Kerċem, Għawdex. Il-Ministru kellu l-opportunitá li jara s-Summer School li l-klabb ta’ Kercem qed jorganizza bl-isem Talenti Plus.
Il-faċilitajiet jinkludu pitch sintetiku full size mgħammar b’ħames dressing rooms, klinika, rehabilitation pool, VIP Room, press room, spectator stand u kif ukoll multi-purpose hall. Ġiet ukoll installata sistema tad-dawl ġdida. F’dan il-pitch qed ikun organizzat logħob domestiku kemm għall-youths u kif ukoll logħob tat-tieni diviżjoni.
Dan l-istadium ġie inkorporat bħala parti mill-kumpless sportiv li fih insibu club house, 5 a-side pitch u recreation area għat-tfal u kif ukoll 2 pitches tal-boċċi.
Il-Ministru saħaq li proġetti bħal dawn huma fundamentali għal cittadini aktar attivi fiżikament. Huwa qal ukoll li proġetti bħal dawn jattiraw turiżmu sportiv lejn il-gżira Għawdxija. Is-sena l-oħra rajna diversi nurseries jorganizzaw training camps f'dan il-kumpless. Barra minn hekk dan il-kumpless qed iservi biex il-Gozo Football Association tagħmel użu minnu wkoll, speċjalment fis-settur tal-youths fejn it-taħrig qed isir b'mod aħjar.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en