ATTIVITÀ SPORTIVA FIL-BAJJA TAL-MELLIEĦA BIEX JIĠI ĊĊELEBRAT IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Għall-Kumitat Olimpiku Malti din hija l-ewwel Sports for All event li ser ikun qed jorganizza biex jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li l-beach sport ser ikun inkluż ukoll fil-Logħob tal-Mediterran li ser isir is-sena d-dieħla f’Pescara. Għalhekk din l-attivita’ ser tkun qed isservi wkoll ta’ bażi qabel il-preparazzjoni ta’ dan il-logħob.
Miriam Theuma, CEO ta’ Aġenzija Żgħażagħ, saħqet li għalkemm in-Nazzjonijiet Magħquda għazlu t-tema ta’ saħħa mentali biex tkun l-fulkru tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena, l-Aġenzija ħasbet li l-obezità hija aktar ta’ prijorita’ fil-gżejjer tagħna.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius saħaq fuq l-importanza li l-parteċipazzjoni fl-isport tkun aktar inkoraġġita. Huwa qal li l-obesità fiż-żgħażagħ hija problema serja li l-gvern huwa kommess li jikkonvinċi aktar żgħażagħ sabiex jgħixu ħajja aktar sana. Huwa tenna kemm il-popolarità tal-isport fuq il-bajjiet qed tiżdied u allura qed isir studju li jinsab fi stadju bikri, sabiex ikollna sit addattat għall-beach sports anke f’pajjiżna.
Il-kelliema kollha ħeġġew liż-żgħażagħ u gruppi ta’ żgħażagħ sabiex jattendu għal din l-attività li hija miftuħa għal kulħadd (bla hlas). L-attivita ser issir nhar it-Tlieta 12 ta’ Awissu mis-6.00 p.m. sal-11.00 p.m. fil-Bajja tal-Mellieħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en