Left arrow Go Back

ATTIVITÀ SPORTIVA FIL-BAJJA TAL-MELLIEĦA BIEX JIĠI ĊĊELEBRAT IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr141805
Date Icon 08/08/2014

Il-Kumitat  Olimpiku Malti, flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ se jkunu qed jorganizzaw attività sportiva fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.  L-għan tal-attività huwa li aktar żgħażagħ jersqu lejn l-isport.  Il-Bajja tal-Mellieħa se toffri sfond għal diversi sports li jkunu prattikati fuq il-bajjiet, li jinkludu l-Beach Soccer, Beach Volley u Beach Handball fost l-oħrajn. 


Għall-Kumitat Olimpiku Malti din hija l-ewwel Sports for All event li ser ikun qed jorganizza biex jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.  Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li l-beach sport ser ikun inkluż ukoll fil-Logħob tal-Mediterran li ser isir is-sena d-dieħla f’Pescara.  Għalhekk din l-attivita’ ser tkun qed isservi wkoll ta’ bażi qabel il-preparazzjoni ta’ dan il-logħob.


Miriam Theuma, CEO ta’ Aġenzija Żgħażagħ, saħqet li għalkemm in-Nazzjonijiet Magħquda għazlu t-tema ta’ saħħa mentali biex tkun l-fulkru tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena, l-Aġenzija ħasbet li l-obezità hija aktar ta’ prijorita’ fil-gżejjer tagħna.


Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius saħaq fuq l-importanza li l-parteċipazzjoni fl-isport tkun aktar inkoraġġita.  Huwa qal li l-obesità fiż-żgħażagħ hija problema serja li l-gvern huwa kommess li jikkonvinċi aktar żgħażagħ sabiex jgħixu ħajja aktar sana.  Huwa tenna kemm il-popolarità tal-isport fuq il-bajjiet qed tiżdied u allura qed isir studju li jinsab fi stadju bikri, sabiex ikollna sit addattat għall-beach sports anke f’pajjiżna.


Il-kelliema kollha ħeġġew liż-żgħażagħ u gruppi ta’ żgħażagħ sabiex jattendu għal din l-attività li hija miftuħa għal kulħadd (bla hlas).  L-attivita ser issir nhar it-Tlieta 12 ta’ Awissu mis-6.00 p.m. sal-11.00 p.m.  fil-Bajja tal-Mellieħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow